Lokali Parlament

“Irridu Parlament li jaqdi biss lill-poplu”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna fil-parlament llejla li l-parlament irid jaqdi biss lill-poplu Malti u mhux lid-deputati.

Din id-dikjarazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamilha meta kien qed jitkellem fit-tifkira tal-ewwel seduta minn wara l-kostituzzjoni tal-1921 f’okkażjoni li għaliha attendew ex Speakers tal-parlament, ex Prim Ministri u ex deputati. Is-seduta ma setgħex issirx fis-Sala tal-Arazzi fil-Palazz Presidenzjali minħabba xogħol ta’ restawr.

Id-diskors tal-bidu sar mill-ex Speaker Miriam Spiteri Debono li qalet li l-poplu Malti kien induna fil-passat li kien tradut mill-barrani li fil-fatt kien ġie Malta biex jiddomina. Hi tat ħarsa storika dwar l-impenn tal-poplu Malti tul is-snin biex iressaq it-talbiet tiegħu quddiem il-gvern Ingliż.

L-ex Speakr Miriam Spiteri Debono qalet li wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-Maltin reġgħu saħħu l-impenji tagħhom biex jieħdu rajhom f’idejhom. Qabel dan il-Maltin kienu diġà qed jippreparaw għal kostituzzjoni ġdida partikolarment il-laqgħat tal-1919. L-inċidenti tas-7 ta’ Ġuju 1919 wkoll serva lejn il-kostituzzjoni tal-1921, spjegat Spiteri Debono, li semmiet kif kien fl-1947 li l-Maltin kollha, niesa u irġiel, jivvutaw.

Miriam Spiteri Debono trattat ukoll l-lingwa Maltija, ir-reliġjon Kattolika bħala r-reliġjon rikonoxxuta mill-kostituzzjoni, l-influwenza tal-Knisja, it-tmiem tal-bażi militari Ingliża u s-sħubija ta’ Malta fl-UE.

Hi trattat ukoll l-emendi biex ikun hemm rappreżentanza ugwali bejn deputati irġiel u nisa, il-ġudikatura u l-indipendenza mill-Gvern, l-iskrutinju tal-operat tal-Gvern, il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi fejn il-poplu jibgħat lid-deputati tiegħu biex jiskrutinaw u r-rwol tad-deputati biex jirrapreżentaw liċ-ċittadini. Inqas ma jingħata x’jaħgmel il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika aktar ikun xieraq li d-deputati jissejħu ‘onorevoli’, sostniet Miriam Spiteri Debono.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne semma’ diversi politiċi fosthom lill-ewwel Prim Ministru Joseph Howrad, lil Nerik Mizzi, Gużè Ellul Mercer, Dom Mintoff, Censu Tabone, Agatha Barbara, Guże Cassar u Gorġ Borg Olivier u rrikonoxxa l-impenn politiku tagħhom.

Hu qal li l-ewwel kostituzzjoni tal-1921 kienet forma ta’ demokrazija parlamentari u kinet il-bidu tas-sovranità politika flimkien mal-bidu tar-rappreżentanza tal-poplu Malti fil-parlament.

Id-Deputat Prim Ministru qal li Malta għażlet rappreżentanza ta’ demokrazija parlamentari u spjega li fl-1921 ir-rappreżentazzjoni ma tantx kienet wiesa’ tant li minn 220,000 kellhom biss 27,000 pesuna li setgħu jivvutaw fosthom irġiel, negozjanti u dawk li kellhom il-flus. Hu kompla li l-istorja tad-demokrazija f’Malta għadha ċkejkna u “rridu nibżgħu għaliha”.

Id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar inizjattivi li twettqu fl-aħħar snin fosthom it-twaqqif tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u r-rappreżentanza bejn is-sessi fil-parlament. Hu enfażizza l-importanza li d-deputati jkunu eletti li jirrappreżentaw lill-poplu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-Parlament kien strumentali biex Malta kisbet l-Indipendenza u s-sħbuija ta’ Malta fl-UE; il-parlament witta t-triq għal poplu magħqud fir-rieda tiegħu. Hu semma’ lid-deputati li taw servizz lill-poplu fosthom l-ex deputati Pierre Muscat, Alex Cachia Zammit, Fredrick Azzopardi u Karl Chirchop li ħallew legat warajhom. Id-deputati għandu ikunu ta’ servizz għan-nies u rappreżentattivi tas-soċjetà kollha.

Bernard Grech qal li hu pożittiv li fil-parlament hemm deputati li jġorru l-isfidi tad-diżabbiltà u issa l-parlament se jkun iktar rappreżentattiv b’iktar nisa fil-politika.

Hu kompla li, iżda, il-parlament qed isir parlament bla snien fejn fl-aħħar ġimgħat kien hemm kumitat li insista li deputat jitressaq quddiemu iżda dan id-deputat baqa’ juri disprezz sħiħ lejn il-poplu Malti.

Issa d-deputat ta data hu biex jersaq kumdità tiegħu; il-parlament irid juri iktar rispett lejh nnfisu u lejn id-dritt tal-poplu Malti li għandu jitlob rendikont mingħand id-deputati. Ma naqblux li jintużaw rulings u preċedenti parlamentari biex jitgħattew sitwazzjonijiet ta’ xi ħadd; kien żball meta l-parlament ċeda lil Joseph Muscat billi jirrispondi għal għemilu, qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-parlment għandu jkun il-post fejn il-poplu jitlob rendikont; il-ftit għodda li għandu l-poplu nġiebu farsa fejn il-ministri ma jattendux il-parlament biex iwieġbu l-mistqosijiet parlamentari. Id-deputati Laburisti wkoll suppost jagħmlu strutinju iżda dawn kollha inxtraw billi tpoġġew f’karigi, sostna Bernard Grech.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-parlament mhux ekwipaġġjt biex jaqdi dmiru fl-2021 u sostna li l-UE tat il-fakultà lill-parlment Malti biex jitratta l-liġijiet Ewropew iżda dan ma jistax isir. Jeħtieġ li l-parlament ikun full-time biex Malta tkun protagonista f’liġijiet Ewropej li jolqtu lill-familji u lin-negozji.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-ambizzjonijiet tal-poplu huma daqs ta’ dawk Ewropew u għalhekk il-parlament għandu jkun full-time. Hu ppropona li dawk inakrigati mill-Pulizija, FIAU u MFSA jagħtu rendikont dwar kif Malta spiċċat grey-listed u fi stat ta’ impunità.

Naspira ġejjieni fejn il-parlament jattira l-aqwa nies, sostna Bernard Grech, li kompla li 70% taż-żgħażagħ qed jibgħatu messaġġ li ddejqu jgħixu f’dan il-pajjiż b’din is-sitwazzjoni.

Irridu nitilqu lil hinn mill-ħsara kbira li saret fl-aħħar snin fosthom bl-imġieba ta’ diversi deputati Laburisti, sostna Bernard Grech, li nsista li l-PN irid ġejjieni aħjar għall-Maltin u għall-parlament biex ikun il-post fejn jiddiskuti l-politika u mhux l-iskandli tal-politiċi.

Aħna rridu nnaddfu l-politika għax nemmnu li l-poplu jistħoqqlu aħjar; għalhekk rridu parlament li jaqdi lill-poplu biss u fejn id-deputati jridu jagħtu rendikont. Kull deputati irid jagħti kontribut, sostna Bernard Grech, li rringrazzja lill-Ispeaker, lill-impjegati u lill-ex deputati tal-parlament.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia tkellem dwar l-iżviluppi kbar li saru fil-ħidma parlamentari u rrikonxxa l-ħidma tad-Deputy Speakers li ħadmu parlament. Hu tkellem fuq ir-responsabbiltà ta’ dak li jingħad il-parlament u qal li llum m’hemmx kontroll fuq il-mibgħeda u fuq il-fake news. Id-demokrazija parlamentari trid tevolvi biex tibqa’ tirrispetta r-realtjiet tas-soċetà u għalhekk il-parlament għandu jibqa’ dejjem viċin in-nies, sostna l-Ispeaker.