Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fil-parlament li ż-żgħir ġie minsi mill-gvern u sostna li ħafna bdiewa għandhom problemi kbar minħabba l-qbiela tal-art tal-Gvern; madwar 250 bidwi ressqu petizzjoni iżda ma kellhom l-ebda risposta mill-awtoritajiet.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jgħid li jrid jagħti r-raba’ lil bdiewa iżda mbagħad il-gvern ibiegħ ir-raba’ tiegħu bi prezzijiet tas-suq; liema prezzijiet ma jistgħux jintlaħqu mill-bdiewa. Il-gvern hu assenti fil-konfront taż-żgħir; la jisma’ la jikkorrispondi u lanqas jiddjalogu maż-żgħir.
Edwin Vassallo kompla li b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2022 se jżid piż ta’ 7.2% imgħax għal min ma jħallasx it-taxxa; din hi użura u hi immorali fil-konfront tan-negozji.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż għandu problemi kbar ta’ cash flow iżda l-ispejjeż tan-negozji qed jgħolew. Il-gvern għabba lilu nnifsu bid-dejn u qed jippanikkja, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-gvern ħalla lil kulħadd jagħmel li jrid billi ma jitkellimx fuq il-moralità fiskali.
Edwin Vassallo kompla li gvern ġdid Nazzjonalista qed jipproponi diversi proposti bħala soluzzjoni għan-negozji żgħar. Hu sostna li l-gvern m’għandux soluzzjonijiet lanqas għaż-żoni industrijali li huma kenn ta’ eluf ta ħaddiema. In-negozji fl-ibliet u l-irħula għandhom problemi kbar minħabba nuqqas ta’ parkeġġ għall-konsumaturi.
Hu appella biex jitlesta l-villaġġ tas-snajja f’Ta’ Qali; illum is-sidien se jkollhom iħallsu ħafna iktar minn dak li kien ippjanat fi żmien gvern Nazzjonalista. Hemm ukoll ħafna spejjeż addizzjonali għall-banek.
Edwi Vassallo qal li ħafna fergħat tal-banek ingħalqu u s-servizzi tal-banek sejrin lura. Il-gvern qed jikkompeti mas-sidien propju biex jirbaħ il-voti qed jieħu l-ħaddiema li diġa’ huma impjegati mal-privat u jeħodhom mal-gvern.
Edwin Vassallo semma’ t-traffiku u l-ispejjeż tat-trasport għall-merkanzija u qal li n-nies m’għandhomx saħħa ta’ flus biex ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>

