Lokali

Jaqdef għal 22 siegħa bla waqfien b’risq tfal bil-kanċer

Iċ-ċiklist James Camilleri, li jgħix Sweden qadef għal 22 siegħa bla waqfien f’maratona ta’ 500 kilometru f’kampanja biex jiġbor il-flus b’risq tfal bil-kanċer.

Camilleri kien qed jippjana li jlesti din l-isfida f’24 siegħa iżda rnexxilu jagħmilha f’sagħtejn inqas mill-mira.

Camilleri qal li matul dawn is-sigħat kollha, hu rċieva għexieren ta’ messaġġi b’kuraġġ biex itemm b’suċċess din l-isfida. S’issa, Camilleri rnexxilu jiġbor mal-kważi €700, bil-mira tkun dik ta’ €2,000. Id-donazzjonijiet kollha se jkunu qed imorru għall-Fondazzjoni ta’ Tfal bil-Kanċer.

Wieħed għadu fiċ-ċans biex jagħti d-donazzjonijiet tiegħu f’din il-link:

https://www.barncancerfonden.se/jag-vill-bidra/egen-insamling/alla-insamlingar/_/500km-cycling-challenge2/?fbclid=IwAR1NYkTZzg3I04XCK_ZtVcQ83_kdag9vtlT4yZj6tVtddLbj_QQg_MitEio