Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-gvern naqas li joħloq setturi ekonomiċi ġodda propju meta dawn huma l-aktar meħtieġa.
Fil-parlament Mario de Marco qal li fl-2019, 77% tal-investituri kienu jikkunsidraw lil Malta bħala post attraenti iżda naqas il-persentaġġ issa niżel b’40%. Dan waqt li 46% mhux jikkunsidraw lil Malta bħala attraenti għall-investiment minħabba l-istabbiltà politiku l-ispejjeż u d-disponibbiltà tan-nies imħarrġa.
Hu tkellem dwar il-grey-listing, ir-reputazzjoni tal-pajjiż li waqqa’ l-gvern waħdu, l-infrastruttura tal-pajiż, bidla fl-ambizzjoni u l-ispejjeż li huma ta’ pressjoni fuq l-industrija. Is-sistema ta tassazzjoni ta’ Malta tinsab taħt pressjoni għalhekk jeħtieġ studju dwar x’jista jsir biex il-pajjiż ikollu valur addizzjonali li jattira l-investiment lejn il-pajjiż.
Hu tratta l-importanza tat-taħriġ speċjalizzat u l-igaming u tkellem dwar l-importanza li s-settri ekonomiċi Maltin ikunu varjati waqt li jinħolqu setturi finanzjarji ġodda kif għamel gvern Nazzjonalista.
//= $special ?>