Bħalissa, kull min qed jgħaddi miż-żona ta’ Ħal Luqa, it-triq li tgħati lejn Ħal Farruġ qed isib ma wiċċu traffiku kbir kawża ta’ ammont kbir ta’ żejt ta’ avjazzjoni li hemm fit-triq.

Possibilment li dan iż-żejt ħareġ minn tankijiet taż-żejt li tpoġġew xi snin ilu. Membri tal-Protezzjoni marru fuq il-post fejn xerrdu r-ramel biex jiġbruh mit-triq. Wara mistennija li tinħasel it-triq miż-żejt.
Fi stqarrija li ntbagħtet mingħand l-ENEMED, il-kumpanija iddikjarat li hekk kif it-tekniċi indunaw li kien qiegħed joħroġ il-pitrolju mill-impjant irrejaġixxew mill-ewwel u ittieħdu l-passi neċessarji biex jingħalaq is-sors ħalli l-fjuwil ma jibqax ħiereġ.
Il-Kumpanija ENEMED kompliet biex tgħid li l-proċess ta’ tindif fiż-żona ristretta tal-ajruport beda, madankollu ilma mħallat bil-pitrolju ħareġ miż-żona tal-ajruport fi triq pubblika fiż-żona ta’ Ħal-Farruġ. Dan il-fatt ġie rrappurtat lis-Sezzjoni tal-Protezzjoni Ċivili li marru mmedjatament fuq il-post u għalqu t-triq.
//= $special ?>