Internazzjonali

L-Awstralja terġa’ tiftaħ l-ajruporti tagħha

Wara 600 jum bil-fruntieri magħluqin, mit-Tnejn l-Awstralja reġgħet fetħet l-ajruporti tagħha għall-barranin. Dan hekk kif l-awtoritajiet f’dan il-kontinent qed jippruvaw bil-mod il-mod inaqqsu r-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19.

Meta indirizza lill-ġurnalisti f’Ruma, il-PM Awstraljan Scott Morrison ħabbar li l-Awstralja issa fetħet – iċ-ċittadini jistgħu jivjaġġaw, u l-kontinent fetaħ il-fruntieri lejn New Zealand u Singapore.