Futbol Sport

Partitarji tal-Ungerija mhux se jitħallew jidħlu fil-Polonja wara l-inkwiet f’Wembley Stadium

(Ritratt: BBC)

Il-partitarji tal-Ungerija mhux se jitħallew jattendu għall-partita bejn il-Polonja u l-Ungerija li se tintlagħab il-ġimgħa d-dieħla wara l-inkwiet li seħħ bejn il-partitarji tal-Ungerija u tal-Ingilterra f’Wembley Stadium.

Il-pulizija Ingliża qalet li fil-partita bejn l-Ingilterra u l-Ungerija kien inqala’ xi nkwiet wara li partitarju Ungeriż għadda xi kummenti razzisti lejn steward li kien fil-ground, bl-istess partitarju jkun arrestat ftit tal-ħin wara.

Il-FIFA kkonfermaw li l-Ungerija se jkunu qed jilagħbu l-partita tagħhom kontra l-Polonja mingħajr partitarji u l-Federezzjoni Ungeriża ġiet ukoll immultata £60,161. Fi stqarrija l-FIFA qalet li qed tikkundanna dak li seħħ.