Diskriminazzjoni kbira fil-konfront tal-infermieri f’Monte Carmeli, bil-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel l-MUMN tordna għadd ta’ direttivi sakemm l-infermieri f’dan l-isptar ikunu stmati tassew.
Fi stqarrija l-MUMN qalet li l-infermieri ta’ Monte Carmeli huma l-uniċi li tħallew bla uniformi u apparat ġdid. Il-union fakkret li anki l-vetturi biex ikunu jistgħu jżuru l-pazjenti fid-djar jeħtieġ jinbiddlu.
Il-Union qalet li ħafna infermiera diġà qed jużaw il-vetturi tagħhom biex jaqdu dmirhom u għal dan, ftit li xejn tingħata gratitudni.
L-MUMN qalet li dan kollu mhux sew fuq l-infermiera ta’ Monte Carmeli li qed ikunu trattati bħala nies tat-tielet klassi. Qalu wkoll li dak li kien imħabbar fil-budget, hija biss rettorika ripetuta fl-erba’ budgets tal-passat.
Intant il-Ħadd kien imħabbar li l-MUMN se tkun qed testendi wkoll d-direttiva tad-Day Surgery għal kull sala oħra, wara li kien hemm żieda qawwija fil-listi ta’ operazzjonijiet li tmexxew għal waranofsinhar.
L-MUMN saħqet li bħas-soltu, l-infermieri ġew injorati u kkunsidrati bħala xkiel, partikolarment meta jitkellmu għad-drittijiet tagħhom, b’għadd ta’ emails ma jiġux imwieġba mit-tmexxija ta’ Mater Dei. Għaldaqstant, l-MUMN tat ultimatum lit-tmexxija tal-Isptar Mater Dei: li jew jiltaqgħu għad-diskussjoni it-Tnejn biex il-listi jkunu jirriflettu l-eżiġenzi tal-impjegati, inkella t-Tlieta kull Sala fl-Isptar ikollha tħabbat wiċċha mad-direttivi.
//= $special ?>