Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal jippjana li jirritorna f’Diċembru

(Ritratt: EPA)

It-tennista Spanjol Rafael Nadal qed jippjana li jirritorna fit-tournament ta’ Abu Dhabi f’Diċembru. L-eks seed numru wieħed fid-dinja se jkun qed jirritorna minn injury li kien sofra fl-Open ta’ Franza fejn kellu jkun operat f’saqajh ix-xellugija..

Nadal se jkun ukoll qed jittama li jkun jista’ jieħu sehem fl-ewwel Grand Slam tas-sena, dak tal-Awstralja. Nadal qal li qed iħossu aħjar u se jkun qed jittama li jirritorna għal aħjar kundizzjoni tiegħu.