Id-deputat Laburista Rosianne Cutajar dalgħodu ressqet każ ta’ ksur ta’ privileġġ kontra d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar post li fit-30 ta’ Ottubru 2021 tella’ fuq facebook li kien jinkludi kliem oxxen li allegatament intqal mid-deputat Laburista f’seduta tal-parlament.
Rosianne Cutajar qalet li Jason Azzopartdi qed jallega wkoll li l-Ispeaker kien sema’ dan id-diskors u żiedet li hi mhix persuna baxxa u li qatt ma qalet dak il-kliem, la fil-parlament u laqas barra.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia ħa nota tal-ksur ta’ privileġġ u se jagħti deċiżjoni f’seduta oħra.
//= $special ?>

