Direttiva li ħarġet illum mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni poġġiet piż addizzjonali fuq l-istudenti li bħalissa qed jagħmlu t-teaching practice fl-iskejjel. Dan għaliex huma ġew obbligati jimlew il-vojt fejn bħalissa għad hemm klassijiet bla għalliem.
Persuni li tkellmu ma’ NET NEWS qalulna li lanqas il-Kapijiet tal-Iskejjel affetwati għadhom ma ġew infurmati b’din l-aħħar mossa tal-Ministru Justyne Caruana u n-nies tagħha – mossa li tkompli tikkonferma t-taħwid kbir li qed jiddomina bħalissa f’dan id-Dipartiment.
S’issa l-Gvern għadu sieket dwar dak li għaddej, filwaqt li ħafna studenti huma mħassba għaliex fi kliemhom stess “qed niġu użati biex nimlew toqba”.
//= $special ?>