Il-famuża triq f’Għawdex li l-Prim Ministru Robert Abela inawgura b’saff wieħed t’asfalt, dik ta’ Triq Sant’ Antnin, f’Għajnsielem, mill-ġdid terġa’ tinqala’ fil-parti ta’ fuq tagħha, kif jidher ritratt li rċieva dan is-sit. Dan hekk kif kellha titqatta’ parti minn karreġġjata biex isiru xi xogħlijiet ta’ servizzi.
Dina t-triq ta’ 800 metru kienet ġiet inawgurata ta’ malajr mill-Prim Ministru fit-12 ta’ Novembru 2020 qabel biss tlestew ix-xogħlijiet hekk kif it-triq kien għad jonqosha saff ta’ tarmak, u xogħolijiet fuq il-ħitan.
Inqas minn ġimagħtejn wara li nqatgħet iż-żigarella b’tant pompa, bi ftit xita li kienet għamlet, it-tarmac ta’ din it-triq beda jinqala’, kif ikkonferma l-istess Ministru li inawguraha.
Anki f’Ottubru li għadda saru aktar xogħlijiet hekk kif il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said, f’Ottubru li għadda kien irrimarka kif il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, ikkonferma kif dina t-triq ġiet inawgurata b’tant popma u qtugħ ta’ żigarelli mingħajr ma kienet lesta hekk kif kellhom jingħaddu s-servizzi u jiġu ssettjati t-tappieri.
//= $special ?>