Tottenham Hotspur keċċew lill-coach Nuno Espirito Santo wara numru ta’ riżultati negattivi. Jidher li din id-deċiżjoni waslet wara laqgħa li saret mit-tmexxija ta’ Tottenham.
Tottenham qed iħarsu fost l-oħrajn lejn Antonio Conte sabiex jieħu post Espirito Santo li aktar tard matul il-jum mistenni jasal f’Londra sabiex jibda diskussjonijiet mad-diriġenza tal-club.
Nuno Espirito Santo ssieħeb ma’ Tottenham fis-sajf li għadda fejn iffirma kuntratt ta’ sentejn fejn ħa post Jose Mourniho. Tottenham b’hekk se jkunu qed jappuntaw ir-raba’ coach fl-aħħar tliet snin.
Antonio Conte minn naħa tiegħu ħalla lil Inter ukoll fis-sajf li għadda wara li ma’ laħaqx ftehim mat-tmexxija tal-club Taljan. Conte matul l-istaġun li għadda wassal lil Inter għar-rebħ tal-ewwel kampjonat fi 11-il sena.
//= $special ?>