Internazzjonali

‘Vax’ kienet l-iktar kelma li ssemmiet fl-aħħar xhur

Il-kelma ‘Vax’ ġiet magħżula mid-Dizzjunarju Oxford bħala l-kelma tas-sena.

Kelliema għad-Dizzjunarju qalu li l-għażla kienet waħda ovja, hekk kif matul l-2021 il-proċess ta’ tilqim kien fuq fomm kulħadd – min favur u min kontra.

Skont id-dizzjunarju, il-kelma vax tista’ tintuża anke b’żewġ x’s fl-aħħar – għalkemm v,a,x hija l-aktar komuni.

Din il-kelma ilha fid-dizzjunarju ta’ Oxford sa mit-tmeninijiet.