Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ts-Saħħa Chris Fearne sostna fil-parlament li n-numru ta’ pazjenti li qed jistennew operazzjoi fl-irkoppa sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter, jammonta għal 610.
Din l-informazzjoni l-Ministru Fearne ta meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list għal operazzjoni fl-irkoppau fil-ġenbejn u f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa.
Il-Ministru Fearne wieġeb li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni. Dwar l-operazzjonijiet fil-ġenbejn il-Ministru tas-Saħħa qal li l-pazjenti li qed jistennew operazzjoni fil0ġenbejnsal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter, huma 127.
//= $special ?>