Futbol Sport

Antonio Conte jinħatar coach ta’ Tottenham

Il-coach Taljan Antonio Conte inħatar coach ta’ Tottenham wara li aktar kmieni neħħew lil coach Nuno Espirito Santo minn din il-kariga. Għal Conte din mhux se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu fil-Premier League hekk kif mexxa lil Chelsea bejn l-2016 u l-2018, fejn rebaħ il-Premier League u l-FA Cup.

Id-Direttur Tekniku ta’ Tottenham Fabio Paratici qal li l-esperjenza u t-track record ta’ Conte jitkellmu waħedhom, b’bost unuri fl-Italja kif ukoll fl-Ingilterra. Paratici qal li hu jaf x’joffri Conte miż-żmien tagħhom flimkien ma’ Juventus, u jinsab ħerqan biex jara l-progress tat-tim taħt it-tmexxija tiegħu.

Conte iffirma sal-2023 bl-għażla li jestendi il-kuntratt b’sena oħra u mistenni jaqla’ madwar £15-il miljun fis-sentejn li ġejjin. Conte mistenni jmexxi l-ewwel partita ma’ Tottenham fil-UEFA Conference League kontra Vitesse.