Lokali

“Bżonn ta’ Parlament Malti full-time, inqas persons of trust” – Kunsill tal-Ewropa

Tħassib dwar fastidju u trolling li jaqalgħu ta' kuljum attivisit u ġurnalisti Maltin

Filwaqt li laqa’ l-isforzi li saru mill-awtoritajiet sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja ,rapport tal- monitoring committee tal-Assemblea Parlamentari fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa elenka numru ta’ tibdiliet li pajjiżna għad irid jagħmel jekk irid li jindirizza b’mod serju n-nuqqasijiet gravi li jissemmew kemm mill-Kummissjoni Venezja kif ukoll fir-rapport tal-inkjesta dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fost it-tibdil li elenka l-Kumitat hemm il-ħtieġa ta’ tibdil mill-qiegħ fil-Parlament Malti. U qal li l-Parlament għandu jkun wieħed full time u d-deputati m’għandhomx ikollhom impjiegi sekondarji, għaliex din il-prassi tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess u korruzzjoni. Hekk ukoll u għall-istess raġuni għandha tonqos il-prassi li jkunu impjegati numru kbir ta’ persons of trust.

Il-Kumitat espirma t-tħassib tiegħu dwar il-polarizzazzjoni profonda politika u soċjali fl-aspetti kollha tas-soċjetà tagħhna. Huma irrimarkaw it-tħassib għan-numru kbir ta’ rapporti ta’ episodji ta’ fastidju u trolling li qed jesperjenzaw ta’ kuljum attivitisti kemm politiċi kif ukoll tas-soċjetà ċivili u anke ġurnalisti.

Dan il-Kumitat tkellem ukoll dwar id-drittijiet tal-mara kif ukoll dwar id-drittijiet riproduttiv, filwaqt li saħqu dwar l-improtanza ta’ aktar rappreżentanza femminili fil-Parlament.

Tema oħra li ssemmiet kienet l-immigrazzjoni, u dwar dan, ir-rapport jgħid li minkejja l-isforzi li saru mill-awtoritajiet, is-sitwazzjoni fiċ-ċentri ta’ detenzjoni f’Malta tibqa’ waħda ta’ tħassib waqt li rrikonoxxew il-fatt li pajjiżna jilqa’ numru kbir ta’ immigranti kull sena.