Il-kumpanija Enemed ikkonfermat li l-fuel li nxtered tul it-triq ta’ Ħal Farruġ ilbieraħ kien jetfuel.
Kmieni lbieraħ waranofsinhar fit-triq li minn Ħal Luqa tagħti għal Ħal Farruġ inxtered ammont kbir ta’ fuel. Il-fuel inxtered miż-żona tat-tankijiet fejn jinżamm maħżun il-fuel tal-ajruplani sat-triq il-prinċipali ta’ Ħal Luqa.

Wara mistoqsijiet mibgħtua minn NetNews, Enemed ikkonfermaw li dak li nxtered filfatt kien jetfuel u li dan l-inċident kien riżultat ta’ żball uman.