Internazzjonali

Għexieren mejta f’attakk li sar fuq sptar f’Kabul

Rapporti qegħdin jindikaw li mill-inqas 15-il persuna nqatlu u oħrajn sfaw feruti wara żewġ splużjonijiet u sparaturi fi sptar militari f’Kabul.

S’issa għadu ħadd ma ħa r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk, iżda hu maħsub li kollox kien kordinat mill-grupp militanti tal-Istat Iżlamiku.

It-Talibani kienu ħadu kontroll tal-Afganistan f’Awwissu li għadda. Minn dak iż-żmien s’issa, l-ISIS wettqu numru ta’ attakki sporadiċi fuq ir-residenti u l-ġellieda Talibani.