Lokali

Imfakkar Jum il-Mejtin kollha

F’dan il-jum, wieħed jiftakar fl-għeżież li ħallewna għall-ħajja ta’ dejjem… tant li ħafna jżuru ċ-ċimiterji biex iżuru l-oqbra tal-qraba u ħbieb tagħhom biex iħallu xi bukkett fjuri jew xemgħat.

L-Arċisqof minn naħa tiegħu kkonċelebra quddiesa fil-Knisja tal-Erwieħ f’Ħal Tarxien b’suffraġju għall-mejtin kollha, b’mod partikolari għall-vittmi tal-COVID-19.

“Dan il-jum ma jfakkarnix biss fil-bieb li għaddew minnu ta’ qabilna imma jfakkarna li fuq il-bieb tagħna l-Mulej se jħabbat, meta ma nafux, imma se jħabbat żgur,” qal l-Arċisqof ta’ Malta.

Wara l-quddiesa imbagħad, l-Arċisqof bierek l-oqbra fiċ-ċimiterja ta’ din il-knisja.

Ritratti: Martin Agius