Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjoni dwar l-aċċessibbiltà ta’ tfal b’diżabbiltà fl-iskejjel tal-gvern

David Agius, PN

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius insista għal azzjoni memdjata biex tfal li għandhom diżabbiltà ma jkunux esklużi u jkunu jistgħu jattendu fl-iskejjel tal-gvern.

Fil-parlament David Agius semma’ każ ta’ tifel ta’ tliet snin li għandu problema ta’ awtiżmu fejn l-omm qed tonfoq €300 biex isir rapport iżda t-tifel għadu d-dar u ma jmurx skola. Is-CDAU jinsab f’sitwazzjoni diżastruża, sostna David Agius, li kompla li anki hawn hemm lista ta’ stennija twila.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-occupational therapy qed tingħata biss sa ħames snin meta hemm tfal ikbar li għandhom bżonn it-terapija; dan qed iġib piżijiet fuq il-ġenituri.

Hu qal li fl-iskejjel m’hemmx infermiera biżżejjed u staqsa x’inhi l-politika tal-gvern dwar il-persuni b’diżabbiltà, l-iskejjel u ċ-ċentri tal-iskejjel. Hu staqsa meta l-LSCs ingħataw it-taħriġ dwar il-persuni b’diżabbiltà tant li l-istudenti qed jintbagħtu d-dar.

David Agius qal li hemm tfal li għandhom problema biex jitilgħu fit-trasport minħabba diżabbiltà iżda anki hawn m’hemmx l-għajnuna meħtieġa.