Nhar il-Ġimgħa se tkun qed issir il-finali tal-Kampjonat Krafft għall-Klassi Silver bil-parteċipazzjoni ta’ 94 żiemel. Din is-sena l-Kampjonat sar fuq tliet stadji minflok fuq erba’ tapep.
Il-heats saru fit-8 ta’ Ottubru fejn 36 żeiemel għaddew għas-semi finali li saru fit-22 ta’ Ottubru. Fis-semi finali kienu stabbiliti t-tnax-il żiemel li se jtellqu fil-finali nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru.
Sadanittant ittelgħu il-poloz quddiem is-sidien nfushom mir-rappreżentanti lokali għad-ditta Krafft is-Sur Shaun Pete Azzopardi flimkien maċ-Chairman tal-Malta Racing Club u Equestri/Malta l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi.
Il-poloz ittelgħu hekk : 1.BEST OF MORCHIES, 2.BELLINA DE L’ODON, 3.DONATELLO KILY, 4.HALLAS JUDEX, 5.GOLIATH BOKO, 6.DERBY CHEVALERAIE, 7.EL GUSTO, 8.TRIOMPHE FERM, 9.DIEGO DU COUDOU, 10.GIGARO AM, 11.DREAM TURGOT, 12.BORIB DU RANDOU
//= $special ?>