Lokali Parlament

Ksur ta’ privileġġ fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar

F’ruling li ta dalgħodu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ddikjara li post fuq facebook mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzoaprdi tammonta għal ksur ta’ privileġġ fil-konfront tad-deputat Laburista Rosianne Cutajar.

Il-post li ttella’ fl-aħħar ġranet kien jallega li d-deputat Laburista Rosianne Cutajar qalet kliem oxxen fil-konfront tal-istess deputat waqt seduta parlamentari. Rosianne Cutajar ċaħdet li qalet kliem oxxen fil-parlament u sostniet li hi ma kienitx persuna baxxa li tgħid dak id-diskors.

L-Ispeaker qal li ma kien hemm l-ebda interruzzjonijiet fid-dibattitu li għalih saret riferenza ħlief interruzzjoni waħda minn Robert Cuatajr waqt li kienet qed titkellem Rosianne Cutajar u tikkritika lill-ex Kap tal-PN Simon Busuttil.

L-Ispeaker sostna li l-aħħar kelliem kien Jason Azzoaprdi li fl-ebda mument ma kien interrott jew inġibdet l-attenzjoni tas-Sedja dwar xi ħlief li intqal. Ma jirriżulta minn imkien li ken hemm xi oġġezzjoni għal xi allegat kliem ta’ Rosianne Cutajar fid-dibattitu ta Novembru 2018.

Fir-ruling l-Ispeaker qal li l-post ta’ Jason Azzopardi hu ksur ta’ prvileġġ u talbet lid-deputat Jason Azzopardi biex jirtira dan id-diskors fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar. Bħalissa Jason Azzopardi jinsab imsiefer u jekk ma jirtirax dan il-kliem, wara li jirritorna minn barra, il-każ ikun riferut lill-Kumitat tal-Privileġġi.