Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli appella lill-Gvern biex jappoġġja lill-għalliema u lill-edukaturi għaliex dawn huma l-għodda l-iktar importanti fis-sistema edukattiva.
Fil-parlament hu qal li Malta qed tikseb riżultati mhux sodifaċenti fejn nofs l-istudenti mhux iġibu l-O levels u Malta tinsab l-ewwel fl-Ewropa għall-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola.
Clyde Puli qal li l-istudenti qed imorru ħażin fejn fil-qari fejn qed jiġu fit-43 post, fix-xjenza l-istudenti qed jiġu 42 post, fil-matematika 37 post minn madwar 80 ppost.. Dan filwaqt li 5,000 student m’għandhomx laptop jew computer biex jaħdmu fuqu; dan hu element essenzjali ħafna.
Hemm ukoll tfal li ma jistgħux jattendu l-iskejjel għaliex dawn m’humiex preparati biex jilqugħhom. Hawn nuqqas ta’ għalliema u għalliema u edukaturi dimotivati; sal-bieraħ stess studenti għalliema jilmentaw li anki lilhom bidlulhom il-klassi fl-aħħar mument.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Ministeru inħliet fil-ġlidiet mal-għalliema flok iddjaloga magħhom. Il-bugdet naqas milli jipprovdi pjan għall-edukazzjoni f’mument kritiku; dan is-settur kien injorat minn dna il-budget.
Dan kien budget li reġa’ wiegħed l-iskejjel skejjel li ilhom imwiegħda u liġi li ilha approvata tliet snin. Il-budget ma jgħidx meta se jqassam it-talbets li ilhom mill-2013 imwiegħda lill-istudenti tas-sekondarji.
Fl-istrateġija tal-edukazzjoni l-istudent irid ikun fiċ-ċentru iżda l-inqas investiment li qed isir hu propju fl-edukaturi. Hawn nuqqas ta’ għalliema, sostna Clyde Puli, li kompla li l-eluf ta’ ħaddiema barranin li ġab il-gvern ħolqu diversi problemi fosthom fl-edukazzjoni.
Għalhekk il-pjan fl-edukazzjoni jrid ikun wieħed nazzjonali mifrux ma’ setturi oħra. Hu kkritika n-nuqqas ta’ għalliema li hemm fl-iskejjel u sostna li l-Gvern kellu jkun jaf kemm kien jeħtieġlu edukaturi.
Id-deputat Nazzjonalista qal li ma kienx għaqli li l-Ministeru jassenja l-għalliema lejliet li bdiet l-iskola. Hemm għalliema li nqalgħu mill-postijiet tagħhom u ntbagħtu fi skejjel oħra iżda kien hemm tfal li wkoll kellhom konsegwenzi negattivi kaġun ta’ din id-deċiżjoni.
Hu qal li hemm element ta’ ċentralizzazzjoni fl-edukazzjoni u staqsa għaliex ċertu persuna kapaċi telqu dan is-settur. Jeħtieġ li aktar żgħażagħ ikunu mħajra jersqu lejn il-professjoni tal-għalliema. Għalhekk il-PN qed jipproponi li jkunu mtejba l-istipendju f’setturi li huma vitali għall-pajjiż.
Il-paga ta’ għalliema llum mhix attraenti għall-istudenti u għalhekk il-PN qed jipproponi żieda immedjata fil-pagi tal-għalliema. Gvern Laburista mhux qed jagħmel biżżejjed biex iżomm lill-għalliema fil-karigi tagħhom.
Clyde Puli kompla li jeħtieġ servizzi aħjar għal kull skola, kulleġġ u student. Hu appella biex ikun hemm djalogu u hux sempliċi konsultazzjoni u biex ikun hemm iktar inizjattivi diġitali fl-iskejjel. Dan jista’ jwassal biex ikun hemm qasma diġitali bejn l-istudenti, sostna Clyde Puli, li kompla li l-MCAST issa ilu 20 sena li twaqqaf minn gvern Nazzjonalista iżda issa jeħtieġ li l-MCAST jkollu iktar nies bid-dottorati.
Hu tkellem ukoll dwar l-iskejjel tal-Knisja u dawk privati u appella biex dawn jingħataw l-istess appoġġ li jingħataw l-iskejjel tal-gvern. Dwar il-Liġi tal-Ugwaljanza, Clyde Puli qal li ma jistax ikun li jkun hemm elementi li jridu jimbuttaw l-ideoloġiji tagħhom. L-ugwaljanza hi rispett sħiħ lejn id-diversità iżda hemm min qed jimbotta l-idea ta’ uniformità’ li toħnoq l-iżvilupp tal-persuna.
//= $special ?>