Franza se żżomm lura milli ddaħħal miżuri relatati mas-sajd sakemm jitlestew id-diskussjonijiet mar-Renju Unit. Dan wara li dgħajsa tas-sajd Ingliża tħalliet titlaq mill-port Franċiż wara xi jiem miżmuma mill-awtoritajiet.
Għal dawn l-aħħar xhur, iż-żewġ pajjiżi kellhom diżgwid dwar il-liċenzji tas-sajjieda ghall-persuni li jistgħu jistadu fiz-zona ta’ bejn l-Ingilterra u Franza.
Il-Gvern Franċiż kien widdeb lill-Gvern Ingliż li mhux se jħalli sajjieda reġistrati fir-Renju Unit jistadu fl-ibħra Franċiżi wara li allegatament ir-Renju Unit ma ħariġx biżżejjed liċenzji għal sajjieda Franċiżi, skont il-qbil li kien sar matul il-proċess ta’ Brexit.
//= $special ?>