Il-Qorti tal-Maġistrati ma sabitx lill-attivista u l-blogger Manuel Delia responsabbli li mmalafama lill-ġurnalist Raphael Vassallo fuq artiklu miktub f’Ottubru 2019 li ddiskuta l-introduzzjoni ta’ liġijiet speċifiċi Taljani fis-snin tmenin għall-ġlieda kontra l-Mafia.
Fl-artiklu Delia għamel referenza għall-kunċett tal-omertà, fejn kien al li dan jinkludi wkoll sitwazzjonijiet fejn il-ġurnalisti jqarrqu bil-qarrejja billi jħalluhom jemmnu l-idea falza li l-Mafia ma teżistix. Il-ġurnalist tal-MaltaToday Raphael Vassallo, iħassu malafamat fuq artiklu ppublikat fejn Delia ssuġġerixxa li Vassallo kien marbut mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Madankollu l-Qorti tal-Maġistrati ppreseduta minn Rachael Montebello (ritratt) sabet li l-artiklu ta’ Delia ma jwassalx għal dik il-konklużjoni. Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Montebello qalet li l-artiklu kien jitkellem dwar ili liġi Taljana u li ffoka fuq l-artikolu 416 li kien mimli konnotazzjonijiet fattwali li sostnew l-opinjoni ta’ Deliai ċ-ċaħda tal-eżistenza ta’ konfoffa kriminali tista’ titqies bħala omertà.
Il-qorti sabet li l-artiklu wera li Delia “għamel studju dettaljat dwar il-ħsieb legali wara l-introduzzjoni tal-artikolu 416 fil-kodiċi penali Taljan u l-inklużjoni tal-omertà bħala forma ta’ kompliċità. Fl-istess artiklu jispjega b’mod elokwenti l-ħsieb wara l-iżvilupp tal-kunċett biex jinkludi dawk li kliem u għemilhom iqarrqu lill-pubbliku biex jemmen li l-organizzazzjoni kriminali msejħa l-Mafia ma teżistix.”
Il-Maġistrat Montebello qalet li “huwa impossibbli li l-Qorti ma tinnotax li huwa fatt magħruf li l-eżistenza tal-Mafia ġiet rikonoxxuta wkoll mill-Bord tal-Inkjesta Pubblika fil-konklużjonijiet li ppubblikat xi xhur ilu.” Il-Qorti ddefendiet ukoll id-dritt li wieħed jitkellem b’mod ħieles fuq kwistjonijiet ta’ interess pubbliku kif żgur hu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. “
Dan huwa ta’ importanza vitali għall-istat tad-dritt u wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-espressjoni ħielsa.” Filwaqt li kkwotat l-ġurisprudenza, il-Maġistrat Montebello ikkwotar l-idea li “kritiku m’għandux għalfejn joqgħod b’seba’ għajnejn meta jiddenunzja dak li ma jaqbilx miegħu., iżda pjuttost huwa intitolat li juża il-pinna tiegħu għal skopijiet ta ‘kritika leġittima.”
Il-Qorti qalet li f’dan il-każ, għar-raġunijiet kollha kunsidrati, il-Qorti ma taqbilx li l-istqarrijiet ta’ Delia huma diffamatorji u ma tirravviżax lanqas l-estremi tal-kriterju ta’ ħsara serja għar-reputazzjoni ta’ Vassallo. Il-Qorti ċaħdet il-kawża u l-ispejjeż għandhom jitħallsu minn Raphael Vassallo.
//= $special ?>