Membri tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma ma taqta’ xejn biex ifittxu l-vittmi li nqabdu taħt it-tifrik ta’ blokka t’appartamenti ta’ 22 sular f’Lagos, in-Niġerja… fejn dan l-inċident diġa’ ħalla mill-inqas ħames persuni mejta.
Matul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta, erba’ persuni nħarġu minn taħt it-tifrik u ttieħdu fi sptar għall-kura.
Il-blokka t’appartamenti kienet għadha qed tinbena meta għal xi raġuni l-binja niżlet f’salt it-Tnejn għall-ħabta tat-2.45 ta’ wara nofsinhar, ħin lokali.
Jidher li għadu jrid jiġi stabbilit eżatt kemm kien hemm persuni fil-blokka fil-ħin tal-inċident.
Bħalissa għaddejja wkoll investigazzjoni mill-awtoritajiet lokali.
//= $special ?>