Lokali Parlament

Roderick Galdes ma hux komdu jwieġeb il-mistoqsijiet tal-poplu dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali

  • David Thake, Deputat Nazzjonalista

David Tħake, il-Viċi Kap Deputat Nazzjonalista, qal fil-parlament li l-Membri Parlamentari kollha għandhom il-privileġġ li jirrappreżentaw fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż lin-nies fl-ibliet u fl-irħula tagħna.

Il-Gvern qed jitkellem dwar vot ta’ €40 miljun għall-bini ta’ appartamenti tal-Gvern u għaż-żamma tal-istess appartamenti tal-Gvern.

Dan hu Ministru li jirrifjuta mill-jirrispondi l-Mistoqsijiet Parlamentari. Il-Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali jrid jifhem li dawn huma Mistoqsijiet ġejjin mingħand in-nies stess. Għaliex il-Ministru Galdes qed jaħrab milli jwieġeb għal dawn il-Mistoqsijiet? X’inhuma r-raġunijiet għal dan il-ħabi?

David Tħake qal li r-raġuni għal dan kollu hi li dan hu Ministru ieħor li għandu l-faħam miblul; Ministru li jaħtar persuni b’kuntratti ta’ fiduċja bi dħul ta’ eluf kbar ta’ ewro minn fuq dahar il-poplu. Dawn huma affarijiet tal-mistħija.

Il-Ministru Galdes għal xi raġuni ma jridx jgħid min huma l-persons of trust li għandu fil-Ministeru u kemm qed jitħallsu. Dan hu Ministeru ieħor fejn in-nies ma humiex jinqdew.

Qed nitkellmu dwar vot lil Ministeru li jammonta għal €40 miljun. L-istess ammont li nħafru lill-Electrogas! Dan b’kumbinazzjoni? Ma hix tal-mistħija li l-Gvern jaħfer €40 miljun lill-Electorgas… flus li setgħu kienu investiti fil-housing u mhux għandna ħafna proġetti nofs leħja.

Il-Ministru Galdes għandu jagħti rendikont dettaljat tal-kuntratti kollha li jirrigwardaw il-persons of trust, temm David Thake.