Futbol Sport

Sepp Blatter u Michel Platini se jitressqu l-qorti b’rabta ma’ frodi

L-eks President tal-FIFA Sepp Blatter u l-eks President tal-UEFA Michel Platini tressqu l-qorti b’rabta ma investigazzjoni ta’ sitt snin dwar ħlas ta’ madwar £1.6 miljun. Huma tressqu l-qorti fuq frodi fost diversi akkużi oħra, fejn fix-xhur li ġejjin mistenni jibda l-proċess ġudizzjajru kontrihom.

Skond l-investigaturi, l-allegat pagament għamel ħsara lil FIFA finanzjarjament filwaqt li Platini gawda minn dan il-ħlas. Il-każ jmur lura għall-2011 meta Platini talab li jitħallas tax-xogħol li kien għamel bħala konsulent ta’ Blatter bejn l-1998 u l-2002, bl-eks President tal-FIFA jawtorizza l-ħlas immedjatament.