Lokali

Traffiku kbir f’Ħal Qormi wara li waqa’ ammont kbir ta’ konkos minn fuq trakk

Toroq madwar ir-roundabout li minn Ħal Qormi twassal għal Ħal Luqa jinsabu mwaħħlin kompletament bit-traffiku wieqaf wara li trakk li kien għaddej minn hemm waqqa’ ammont kbir ta’ konkos.

Fil-post hemm numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija u tal-LESA sabiex jidderieġu t-traffiku filwaqat li qed jistennew li l-materjal jitneħħa.

It-trakk jinsab wieqaf mal-ġenb tat-triq.