Newcastle United jinsabu viċin li jaħtru lil Unai Emery bħala l-coach il-ġdid tagħhom wara li keċċew lil Steve Bruce ftit ġimgħat ilu. Dan wara li l-konsorzju mis-Arabja Sawdija ħa f’idejh il-club aktar kmieni f’Ottubru, li jagħmilhom fost l-aktar clubs sinjuri fid-dinja.
Newcastle mistennija jaħtru lil Emery qabel il-partita ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Brighton, hekk kif Newcastle jinsabu fid-19-il post b’erba’ punti. Attwalment, Unai Emery huwa l-coach ta’ Villareal fi Spanja, fejn l-istaġun li għadda mexxa lil club għar-rebħ tal-UEFA Europa League kontra Man Utd.
Għall Emery, din mhux se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu fil-Premier League hekk kif bejn l-2018 u l-2019 mexxa lil Arsenal, fejn fl-ewwel staġun mexxihom għat-tmien post fil-klassifika finali.
//= $special ?>