Coronavirus Lokali Saħħa

34 każ ġdid ta’ COVID-19 għal total ta’ 251 każ attiv

Tkompli x-xejra fiż-żieda ta’ każijiet ta’ COVID-19 hekk kif l-Erbgħa tħabbru 34 każ ġdid.

B’21 persuna jfiqu minn din il-marda, il-każi attivi jitilgħu bi 13 għal total ta’ 251 każ attiv ta’ Coronavirus.

Minkejja dan, fortunament ma tħabbret l-ebda mwiet biex iċ-ċifra ta’ dawk mejta b’dan il-virus qeriedi baqgħet dik ta’ 462.

Il-pazjenti rikoverati l-isptar Mater Dei għall-COVID-19 niżlu għal 9 iżda baqa’ 4 pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-Tlieta ġew amministrati 1,227 doża tat-tilqima kontra l-COVID-19, b’712 minnhom dożi tal-booster.

B’hekk it-total ta’ dożi amministrati tlaħħaq it-881,843, b’54,267 minnhom ikunu dożi tal-booster.