Raġel li nqabad jipprova jisgassa bieb ta’ residenza privata bi skalpell inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati ta’ attentat ta’ serq. Marcin Grzegorz Nowak, ċittadin Pollakk ta’ 51 sena, ġie arrestat il-Ħadd wara nofsinhar ftit wara li uffiċjali fl-għassa tal-Qawra rċevew sejħa għall-għajnuna minn residenti.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fi Triq Sir Luigi Preziosi għall-ħabta tas-1pm, il-pulizija ltaqgħu ma’ min ċempel li spjega li kien qabad lis-suspettat ħalliel jipprova jisforza għal ġewwa l-bieb tal-appartament tiegħu. Ir-resident kien immedjatament ċempel għall-għajnuna u żamm lill-allegat ħalliel taħt arrest waqt li kien qed jistenna li jalsu l-pulizija.
Is-suspettat ġie arrestat bil-pulizija tissekwestra wkoll skalpell blu allegatament użat fl-isgass. L-akkużat wieġeb mhux ħati ta’ attentat ta’ serq aggravat u ħsara volontarja fuq proprjetà ta’ terzi, li ma jaqbiżx il-€250. L-ispettur George Frendo informa lill-Qorti li s-suspettat kien ikkopera, u ammetta li kellu problema tax-xorb li kienet qed tikkontrolla d-deċiżjonijiet tiegħu.
L-avukat tal-għajnuna legali tar-raġel issuġġerixxa li l-akkużat jiġi offrut għajnuna biex ineħħi l-vizzju tax-xorb, u żied li r-raġel jidher li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol fil-ħin tal-inċident. Ġiet oġġezzjonata talba għall-ħelsien mill-arrest fid-dawl tal-vizzju.
Il-prosekuzzjoni sostniet li s-sentenzi tal-akkużat kienu ta’ theddida mhux biss għalih innifsu iżda wkoll għall-oħrajn. “Huwa periklu għas-soċjetà fil-preżent,” sostna l-prosekutur. Fid-dawl ta’ ċirkustanzi bħal dawn, il-qorti, ippreseduta mill-maġistrat Victor George Axiaq, ċaħdet it-talba.
Il-qorti qalet li ma kinitx konvinta li l-akkużat se jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, b’mod partikolari ma javviċina l-ebda xhieda tal-prosekuzzjoni u ma jwettaq ebda reat ieħor sakemm isiru l-proċeduri.
//= $special ?>