Lokali Parlament

Il-PN jipproponi djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius ippropona li jkun hemm iktar djar fil-komunità għall-eprsuni bdiżabilità.

Fil-parlament David Agius qal li l-bniedem għandu jkun fiċ-ċentru tal-politika; ewlenin fosthom il-persuni b’diżabilità fejn jeħtieġ tispiċċa l-frammentazzjoni tas-servzzi li jingħataw lil dan is-settur.

Hu sostna li l-PN għandu viżjoni u pjan fit-tul għal dan is-settur biex isiru avvanzi kbar fl-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u l-gwardjani tagħhom. Il-PN irid jiżgura li fuq il-bażi ta’ mudelli Ewropew ikun hemm bidliet fil-mod kif isiru l-affarijiet flimkien ma’ titjib fl-infrastruttura.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li Gvrn ġdid Nazzjonalista jieħu inizjattivi biex fiċ-ċentri tal-lokalitajiet isiru djar għal persuni b’diżabilità biex dawn il-persuni ma jkunux istituzzjonalizzati. Hu kompla li l-PN ma jaqbilx mal-proġett tal-gvern ta’ €32 miljun biex isiru ċentru għall-persuni b’diżabilità fin-Naxxar.

Hu qal li l-gvern għandu jispjega jekk hux se jkompli b’dan il-proġett minħabba li fil-budget hemm biss paragrafu li mhux ċar għal xhix qed jirreferi. Minflok dan il-proġett jeħtieġ li jun hemm assistenza personali għal kull persuna b’diżabilità.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-PN jemmen fit-titjib tal-aċċessibilità fiżika għall-binjiet pubbliċi, għat-trasport pubbliku, għall-ġustizzja, għall-kultura, taħriġ u edukazzjoni. Jeħtieġ li jkun gvern wieħed li jamministra dan is-settur biex ikun hemm responsabilità kollettiva.

David Agius kompla li l-persuni b’diżabiltà jridu jipparteċipaw iktar fil-ħajja ekonomika u politika ta’ Malta; għalhekk għandhom jingħataw l-ispazji neċessarji kollha.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li jeħtieġ ikomplu jsiru l-istudji neċessarji f’dan is-settur u qal li l-persuni b’diżabilità u l-ġenituri għandhom ikunu involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-pajjiż. Hu tkellem dwar il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u ppropona li din il-kummissjoni tkun indipendenti għal kollox mill-gvern u tkun tirraporta lill-parlament. Ir-rapporti li tagħmel din il-kummissjoni għandhom ikunu iktar b’saħħithom u jitpoġġew kollha fuq is-sit tal-Kummissjoni. Jeħtieġ ukoll li l-Qorti ta’ Għawdex issir aċċessibbili għall-persuni b’diżabilità.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li qed issir diskriminazzjoni bejn atleti li jipparteċipaw fid-Disability Para Olympics minħabba li jrid isir ħlas għal ċertu servizzi. Hu qal li għad hemm tfal b’diżabilità li ma jistgħux jattendi l-iskola u kkritika l-fatt li għad hemm persuni li ma jistgħux joħorġu mill-appartamenti propju minħabba li m’hemmx lifts li jaħdmu.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-appoġġ lill-prfessjonisti.