Clype Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli sostna fil-parlament li jeħtieġ investiment qawwi fl-isport u li l-wiegħdi li saru jitwettqu.
Clyde Puli tkellem dwar il-persuni b’diżabilità fl-isport u qal li t-turiżmu sportiv mhux jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Hu qal li hu pożittiv li se tiżdied pixxina fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u li se jsir investiment fi trakka tal-karozzi iżda din hi t-tielet elezzjoni li fiha dan il-proġett qed ikun imwiegħed.
Id-deputat Nazzjonalista qal li investiment ieħor li ilu imwiegħed hu dak fil-korsa taż-żwiemel u fil-kumpless sportiv f’Tal Ħandaq. Dwar il-ġlieda kontra l-obeżità, Clyde Puli qal li din hi ġlieda li trid titkompla.
Hu qal li kien iffirmat MOU għal investiment ta’ €18-il miljun fil-korsa tal-Marsa li kellu jitlesta f’perjodu iżda għadu ma sar xejn. Jeħtieġ li sakemm issir il-korsa, id-dilettanti jingħataw korsa diċenti; dan filwaqt li jkunu rranġati t-toroq tal-madwar li huma mimljia ħofor.
Clyde Puli tkellem dwar l-isparar fejn il-gvern għamel erba’ ranges iżda range minnhom għadu ma jaħdimx. Dwar il-gyms fuq barra, Clyde Puli qal li jeħtieġ li l-apparat f’dawn il-postijiet ikun imtejjeb għaliex uħud minnhom, fosthom dak f’Ħal Qormi, jinsab f’diżastru; kullimkien imkisser.
Id-deputat Nazzjonalista tratta l-edukazzjoni u l-isport u qal li ma’ kull kulleġġ irid ikun hemm kumpless sportiv biex jintuża kemm mit-tfal kif ukoll mill-komunità.
Hu tkellem dwr l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u qal li dan il-gvern waqqaf is-Sixth Form. Gvern Laburista żarma l-Isports Promotion Unit, sostna Clyde Puli, li enfażizza l-importanza li titwettaq il-proposta tal-PN għal Ministeru għall-Isports.
//= $special ?>