Lokali Parlament

Konrad Mizzi jattakka b’mod isteriku quddiem il-PAC; jiġġustifika lilu nnifsu

L-ex Ministru Laburista Konrad Mizzi attakka b’mod isteriku lill-PN u lid-deputati Nazzjonalisti fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi minflok ta rendikont dwar għemilu fil-kuntratt tal-power station tal-Electrogas.

Fil-bini tal-parlament beda jiltaqa’ l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) f’seduta li fiha xehed l-ex Ministru Laburista Konrad Mizzi. Il-Kumitat qed jiddiskuti l-kuntratt tal-power station tal-Electrogas. Konrad Mizzi hu assistit mill-ex Maġistrat Carol Peralta u l-Avukat Jean Paul Sammut. Din hi r-raba’ laqgħa tal-PAC li għaliha kien imsejjaħ biex jidher Konrad Mizzi, wara li fl-aħħar tlieta hu ġab diversi ċirkostanzi biex jevita li jixhed.

Beppe Fenech Adami irringrazzja lil Konrad Mizzi talli mar quddiem il-Kumitat wara xahar ta’ ħela ta’ ħin.

Konrad Mizzi qal li ċaħad l-istediniet fuq id-drittijiet tiegħu u qal li l-PAC ma kellux dritt li jinsisti li hu jixhed. Hu kompla li kien iċċara l-affarijiet dwar dan.

L-ex Mnistru Laburista Konrad Mizzi ħa l-ġurament li jgħid il-verità.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna li jrid ikun Konrad Mizzi li jwieġeb il-mistoqsijiet u mhux l-avukati tiegħu.

Konrad Mizzi talab li jagħmel preżentazzjoni skont id-drittijiet tiegħu u qal li ma jafx kemm għandu bżonn ħin.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina wissa lix-xhud li jrid iwieġeb dwar dak kollu li se jitkellem fuqu.

L-ex Ministru Mizzi qal li l-proġett kien iċ-ċentru tal-policies tal-Gvern mill-2013 biex saret qalba għal gass nadif mill-heavy fuel oil. Hu attakka lill-PN dwar il-politika tiegħu fuq il-proġett u sostna li l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat il-pożizzjoni tal-PN anki dwar il-liġi ambjentali u t-tanker tal-gass.

Konrad Mizzi kompla jikkritika lill-PN u lill-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u qal li Gvern Laburista raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. L-iskandlu veru kien dak taż-żejt, sostna Konrad Mizzi, li qal li Gvern Nazzjonalista kien bagħat lin-nies jaħslu l-flus bil-lejl.

Karol Aquilina irrimarka: “Però ma ħaslux il-flus bħalek!”

Konrad Mizzi tkellem dwar l-Enemalta, il-banek Maltin, l-impjant tal-Marsa, il-multi li kienu qed jitħallsu, il-mard respiratorju fuq in-nies tal-Port il-Kbir u t-trab iswed. Gvern Nazzjonalista kellu l-pjani li jagħmel interconnector ma’ Sqallija, sostna Konrad Mizzi, li kompla li ma kienx hemm permessi fi Sqallija.

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus sostna: Tell it to the marines!”

L-ex Ministru Laburista kompla “we wanted to show the way; il-Gvern Laburista kollu”. Hu ma weġibx jekk Keith Schembri u Joseph Muscat kienux parti minn dan il-pjan.

Dawn huma provokazzjonijiet! Staqsi lill-poplu Malti x’għamilt jien!

Wara diversi interruzzjonijiet Konrad Mizzi irrimarka li fil-PAC ma teżistix rule of law. Hu kompla li l-Gvern Laburista kellu viżjoni u ried jieħu azjoni effettiva. Konrad Mizzi tkellem dwar il-provvista, il-kapaċità tal-enerġija rinovabbli, ir-road mad Laburista

Beppe Fenech qal li uffiċjal tal-Ministeru tal-Finanzi kien iddikjara li Konrad Mizzi hu korrott.

F’dan l-istadju Konrad Mizzi beda jattakka lil Beppe Fenech Adami u nsista li jintalab ruling mill-Ispeaker. Hu attakka lil Beppe Fenech Adami bl-ODZ u bl-ex President Eddie Fenech Adami. “Ninsab b’wiċċ minn quddiem il-poplu”, sostna Konrad Mizzi, li żied li se jkun qed jivovota bil-qalb għall-PL. Fl-2013 kaxkarnikom, għajjat Konrad Mizzi, li kompla li għandu l-appoġġ tal-poplu Malti u jimxi kullimkien b’rasu mgħollija.

Karol Aquilina:“Int ixxaħħamt u int korrott. Int se tivvota lill-PL biex ma jarrestawkx! Lilek qbadnik fil-korruzzjoni”.

Wara konfont kbar bejn Konrad Mizzi u d-deputati Nazzjonalisti, l-ex Ministru Laburista kompla jaqra l-preżentazzjoni u sostna li l-Gvern Laburista ta’ €560 miljun lill-poplu Malti f’roħs fil-kontijiet. “Il-Laburisti u n-Nazzjonalisti jemmnuni”, sostna Konrad Mizzi. Wara kummenti ta’ Konrad Mizzi dwar Repubblika, Beppe Fenech Adami qal li Repubblika qed jinsistu li dawk kollha involuti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jkunu arrestati. Beppe Fenech Adami sostna li dwar Capitol One, il-pulizija għamlu investigazzjoni iżda ma sabu xejn. Hu qal li hemm emails li jikkonfermaw li Konard Mizzi kellu jieħu €5,000 kuljum.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina irrifera għal ruling tal-Ispeaker li fih intqal li d-dikjarazzjonijiet ma jkunux itwal minn 10 minuti. Meta kompla, Konrad Mizzi qal li fil-proġett hu kellu responsabbiltà ta’ policy u ma daħalx il-kuntratti. “Fottejtu lil Malta u Partit”, sostna Konrad Mizzi. li kkritika wkoll lill-media li titkellem dar il-proġett. Hu qal li n-nuqqasijiet indikati mill-Awditur kienu ta’ natura “amministrattiva” u ma kellhomx impatt fuq id-deċiżjoni tal-għażla tal-Electrogas. Konrad Mizzi sostna li hu josserva r-rule of law u żied l-Electrogas kienu l-aħjar offerenti għall-power station.