Liverpool kisbu rebħa konvinċenti ta’ 2-0 fuq Atletico Madrid. Digo Jota poġġa lil Liverpool fil-vantaġġ wara 13-il minuta filwaqt li Sadio Mane għamilhom 2-0 fil-21 minuta. Atletico sfaw jilagħbu bi player anqas, meta tkeċċa Felipe fis-36 minuta.
Milan jinsabu ferm viċin li jkunu eliminati mill-UEFA Champions League hekk kif għadhom mingħajr rebħa wara li temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Porto. Kien Luis Diam li poġġa lil Porto fil-vantaġġ wara sitt minuti. Milan irneixxielhom isalvaw punt meta fil-61 kien awto-gowl ta’ Chancel Mbemba li għamilhom 1-1.
Inter kisbu rebħa dominanti barra minn darhom meta għelbu lil FC Sheriff 3-1 biex b’hekk saħħew it-tamiet tagħhom li jiskbu post fil-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. Marcelo Borzovic fetaħ l-iskor wara 54 minuta filwaqt li gowl ta’ Milan Skriniar u Alexis Sanchez aċċertaw mir-rebħa. Lejn it-tmiem Adama Traore naqqas l-iskor għal FC Sheriff.
Żewġ gowls ta’ Karim Benzema taw rebħa ta’ 2-1 lil Real Madrid fuq Shaktar Dontesk. Benzema fetaħ l-iskor wara 14-il minuta filwaqt li Fernando ġab l-iskor indaqs fid-39 minuta. L-attakkant Franċiż skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fil-61 minuta.q
Manchester City f’darhom għelbu lil Club Brugge bl-iskor ta’ 4-1. Phil Foden għamilhom 1-0 wara kwarta logħob filwaqt li awto-gowl ta’ John Stones żewġ minuti wara għamilhom 1-1. Riyad Mahrez għamilhom 2-1 fl-54 minuta filwaqt li Raheem Sterling għalaq il-partita fit-72 minuta. Lejn it-tmiem Gabriel Jesus żied ieħor għal Man City.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: GRUPP A: Man City v C. Brugge 3-1,RB Leipzig v PSG 2-2 GRUPP B: Milan v Porto 1-1, Liverpool v A. Madrid 2-0 GRUPP Ċ: B. Dortmund v Ajax 1-3, Sporting v Besiktas 4-0 GRUPP D: R. Madrid v S. Dontesk 2-1, FC Sheriff v Inter 0-3