Colin Schembri
Depiro 66
Starlites Naxxar 75
(22-22)(14-20)(14-22)(16-11)
Fil-partita li fetħet il-kampjonat għal dan l-istaġun Starlites Naxxar ħadu l-ewwel rebħa kontra Depiro 75-66. Depiro neħħew lill-Amerikan Corey Anderson li mistenni jkun mibdul fil-waqt li Starlites żiedu t-tielet Amerikan Myles Thomas li però qiegħed jistenna l-clearance biex ikun jista’ jilgħab. Fl-ewwel sessjoni Starlites bdew bil-punti ta’ Alec Felice Pace, Robert Bonnici u Jacob Bates b’TJ Atwood jirrispondi għal Depiro. Trippla ta’ Miguel Brincat flimkien m’aktar punti minn Atwood poġġew lil Depiro fuq quddiem. Minkejja r-risposta ta’ Starlites, Atwood kompla jżomm lil Depiro fil-vantaġġ sakemm basket ta’ Bates għalaq it-taqsima fuq skor ta’ 22-22. Fit-tieni sessjoni Depiro żammew il-vantaġġ wara trippli minn Miguel Mallia u Andy Attard. Hawn però Starlites għamlu run ta’ 14-4 li bdewha b’trippla ta’ Louie Farrugia flimkien m’oħra ta’ Bonnic u daħlu jistrieħu 42-36 minn fuq.
Wara l-intervall, kien hemm baskets fuq kull naħa bi Starlites ikollhom trippla ta’ Jamiah Haynes u jżommhu vantaġġ ta’ seba’ punti 49-42. Il-players ta’ Paul Ferrante komplew jagħfsu hekk kif għaqqdu break ieħor ta’ 13-3 u fetħu vantaġġ komdu ta’ 14 –il punt 64-50. L-aħħar taqsima rat lil Depiro jagħmlu sforz aħħari biex jerġgħu jidħlu fil-partita u permezz ta’ Atwood, Nicholas Grech u l-Amerikan Alex Oriakhi waslu sa’ 10 punti ‘l bogħod 60-70. Il-ħin però kien kontra tagħhom b’Haynes u Bonnici jagħlqu l-partita favur Starlites li ħarġu rebbieħa 75-66.
Depiro: A. Attard 6, N. Grech 4, S. Vella, TJ Atwood 24, M. Brincat 3, M. Mallia 8, A. Oriakhi 21, M. Debattista, L. Vella.
Starlites: A. Felice Pace 14, I. Azzopardi, A. Azzopardi, R. Bonnici 14, I. Felice Pace, M. Fabri, L. Riolo, M. Scerri 6, J. Bates 20, L. Farrugia 3, J. Haynes 18.
Referees: Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Ionut Ciurariu
Hibernians 110
Bupa Luxol 69
(20-9)(38-20)(22-22)(30-18)
Hibernians kisbu rebħa oħra kbira kontra Bupa Luxol wara dik ta’ 119-89 fis-shield biex huma wkoll bdew il-kampjonat b’rebħa. Luxol sofrew ħafna taħt il-basket fejn sofrew 20 punt mill-offensive rebounds ta’ Hibs. Il-Pawlist mal-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u wara li fetħu l-partita bi trippla ta’ Christian Soderholm, komplew b’run ta’ 15-0 bil-punti ta’ David Bugeja u l-Amerikan Mason Vires. Luxol finalment kellhom risposta minn Cannan Coffey li għalaq run ta’ 7-0 bi trippla però Hibs kienu diġa 20-9 minn fuq fit-tmiem it-taqsima. L-andament tal-partita baqa’ l-istess fit-tieni sessjoni hekk kif Hibs kienu dominanti kompletament b’run ta’ 20-4. Ivan Demcesen kellhu diversi punti taħt il-board b’assists perfetti minn sħabhu fil-waqt li kien hemm ukoll three pointers minn Peter Shoults u Matthew Attard. Luxol kellhom risposta minn Stefan Capello però Bugeja u Mason komplew sejrin bil-punti tagħhom hekk kif Luxol bdew jagħġġlu fl-attakk u Hibs approfittaw b’diversi fast breaks u daħlu jistrieħu 58-29 minn fuq.
Wara l-intervall, Luxol kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-partita bi break ta’ 14-4 bi trippla ta’ Capello u naqqsu d-distakk għal 24 punt 69-45. Mason u Attard irrispondew għal Hibs u bejniethom Coffey kellhu trippla għal Luxol biex it-taqsima għalqet favur Hibs 80-51.Fl-aħħar perjodu Luxol bdew bit-three pointers ta’ Paul Attard u Coffey qabel ma Hibs kellhom run oħra ta’ 15-2 u komplew biex għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Mason 101-59. Sa’ tmiem il-partita ż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex Hibs ħadu r-rebħa 110-69.
Hibs: M. Vires 30, N. Cassar 2, M. Vucinic 3, D. Bugeja 14, L. Farrugia 5, A. Axiaq, R. Aquilina, M. Attard 10, C. Soderholm 15, I. Demcesen 24, P. Shoults 7.
Luxol: J. Cefai, K. Gauchi, N. Buhagiar, P. Attard 6, JP Schembri 4, A. Trapani, L. Trapani, C. Coffey 30, S. Opojevlic 4, M. Matijevic 8, S. Cappello 17.
Referees: Daniela Torok, Ivica Simic, Kamil Dworniczak
Mellieħa Libertas Spalding 91
Gżira Athleta 88
(21-18)(34-21)(12-24)(24-25)
Fl-isbaħ partita mill-ewwel ġurnata tal-kampjonat, Mellieħa għelbu lil Gżira Athleta 91-88 biż-żewġ timjiet joffru basketball mill-isbaħ u spettaklu speċjalment mill-Amerikani fuq iż-żewġ naħat. Mellieħa żiedu Amerikan ieħor, Austin Wrighten li kellhu debutt feliċi fejn minbarra l-21 punt kellhu wkoll diversi assists lil sħabhu. CJ Cordina wkoll irritorna għal logħob bil-flokk ta’ Mellieħa fil-waqt lil għall-Atlhleta kien hemm ir-ritorn ta’ Matthew Gouder. Mellieħa ħadu l-ewwel vantaġġ fil-partita ta’ 10-5 wara trippli minn Nenad Bukva u Vukassin Jandric. Athleta wkoll kellhom trippla minn Nathan Xuereb flimkien mal-punti ta’ Franc esco Mifsud Bonnici u l-Amerikani Shawn Montague u Zachary Hudson u bil-punti jkomplu ġejjin fuq iż-żewġ naħat, Mellieħa temmew it-taqsima 21-18 minn fuq. Il-ftuħ tat-tieni sessjoni wkoll kien kumbattut u d-dħul ta’ Wrighten saħħaħ l-attakk ta’ Mellieħa li fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 34-24. Athleta wieġbu permezz ta’ Luca Stefanovic u Mifsud Bonnici u naqqsu d-distakk għal sitt punti. Sa’ tmiem is-sessjoni Mellieħa kellhom żewġ trippli oħra minn Nikola Vasovic u Wrighten biex daħlu jistrieħu 55-39 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni, wara lil Mellieħa kabbru l-vantaġġ għal 17 –il punt, Athleta bdew jirkupraw u kellhom break ta’ 11-2 kollhu mill-Amerikani għal skor ta’ 53-61. Baskets ta’ Wrighten taw ftit tan-nifs lil Mellieħa qabel ma Athleta reġgħu għamlu 10 punti mingħajr risposta bex waslu sa’ basket ‘l bogħod biex basket ta’ Jandric għalaq is-sessjoni fuq skor ta’ 67-63. L-aħħar perjodu kompla joffri logħob tajjeb miż-żewġ timijiet però Athleta qatt ma rnexxielhom jilħqu lill-avversarji. Għal diversi drabi waslu sa’ basket jew tnejn però Mellieħa rnexxielhom jerġgħu jiftħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 88-77. Athleta ma ċedewx u u fl-aħħar sekondi waslu sa’ punt ‘l bogħod bi trippla ta’ Hudson. Mellieħa kellhom l-aħħar pusess u b’mod riskjuż Bukva mar għall-basket u fortunatament għalih ma kienx fadal ħin u Mellieħa ħarġu rebbieħa 91-88.
Mellieħa Libertas: M. Falzon, V. Jandric 17, N. Vasovic 9, I. Bonett 2, C. Briffa, N. Bukva 12, J. Joyner 23, M. Azzopardi 3, CJ Cordina 2, N. Sultana,. A. Wrighten 21.
Gżira Athleta: Z. Hudson 25, S. Montague 30, F. Mifsud Bonnici 12, L. Stefanovic 6, J. Ellul Dowling, N. Xuereb 7, M. Gouder 7, I. Xuereb, S. Vincic, R. Abela, J. Caruana, B. Zammit 1.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak.
Hibernians u ARMS Depiro jibdew bir-rebħ
Hibernians 64
Caffè Moak Luxol 39
(11-8)(13-14)(23-6)(18-11)
Il-kampjonat tan-nisa għal dan l-istaġun fetaħ bir-rebħa ta’ Hibernians fuq Caffè Moak Luxol 64-39. Luxol kienu mingħajr Mandi Mercieca u nkludew lil Hayley Galea. Il-partita kellha bidu kwiet fejn sa’ nofs l-ewwel sessjoni Hibs kienu 7-2 minn fuq wara punti minn Ylenia Bonett u trippla ta’ Ashleigh Van Vliet. Luxol kellhom żewġ baskets minn Nicole Vella u Jennifer Oramas qabel ma Van Vliet u Sam Brincat wieġbu għal Hibs li temmew l-ewwel sessjoni fil-vantaġġ fuq skor baxx ta’ 11-8. Fit-tieni perjou Hibs fetħu b’seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Brincat. Santino Coppa għajat time-out u Luxol irnexxielhom jagħmlu run ta; 10-3 bil-punti ta’ Sarah Pace u Josephine Diaby biex naqqsu d-distakk għal 3 punti u sal-intervall kien hemm basket jifred liż-żewġ timijiet 24-22.
Wara l-intervall, Hibs ħasdu lill-avversarji b’bidu qawwi fejn kellhom run ta’ 14-2 bi trippla ta’ Jasmine Abela u diversi punti tal-Amerikana Kenyotta Jenkins. Din id-darba Luxol ma rnexxielhomx jirkupraw hekk kif kellhom biss żewġ baskets oħra minn Diaby u Oramas bil-Hibs jkomplu jkabbru l-vantaġġ b’aktar trippli ta’ Abela u baskets ta’ Van Vliet u Brincat għal skor ta’ 46-28, Fl-aħħar taqsima l-logħob kien aktar maqsum fejn Hibs fetħu bil-punti ta’ Kirsty Caruana u trippla ta’ Van Vliet. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet minn Diaby u Pace però kienu għadhom ‘l bogħod mill-avversarji biex Hibernians ħarġu rebbieħa 64-39.
Hibernians: M. Buhagiar, I. Agius, Y. Bonett 8, A. Van Vliet 15, S. Brincat 5, J. Abela 9, C. Camilleri, J. Dabic, N. Farrugia, K. Caruana 2, E. Farrugia, K. Jenkins 25.
Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace, S. Pace 9, N. Vella 4,F. Camilleri, H. Galea, S. Vella, A. Borg 2, P. Ellul, J. Diaby 15, S. Bonfiglio 4, A. Fenech Pace, J. Oramas 5.
Referees: Kamil Dworniczak, Ionut Ciurariu, Florentina Ciurariu.
Starlites Naxxar 47
ARMS Depiro 72
(7-27)(18-13)(13-17)(9-15)
Bidu qawwi minn ARMS Depiro kien strumentali biex jieħdu l-ewwel rebħa tal-istaġun 72-47 biex huma wkoll bdew il-kampjonat b’rebħa. Starlites kellhom lura lil Jean Doughty fil-waqt li Depiro kienu mingħajr Leanne Duncan u Hannah Johnson li mistennija tirkupra għall-partita li jmiss. Wara basket inizzjali minn Maria Bonett għal Starlites, Depiro kellhom run qawwija ta’ 20-3 b’żewġ trippli ta’ Monique Caruana u punti minn Claire Ciantar, Nicole Agius u Danika Galea fost l-oħrajn. Wara risposta ta’ Starlites minn Christina Curmi u Mikela Riolo, Depiro għamlu seba’ punti oħra għal skor ta’ 27-7. Fit-tieni taqsima l-logħob kien aktar maqsum u wara li Depiro għamlu l-ewwel 4 punti, Starlites irrispondew bil-baskets ta’ Andie Saliba u Curmi. Wara trippla oħra ta’ Caruna għal Depiro, Starlites kellhom l-aħjar mument fil-partita bi break ta’ 13-2 b’żewġ trippli ta’ Saliba u Bonett u fl-intervall il-vantaġġ ta’ Depiro kien ta’ 15 –il punt 40-25.
Fit-tielet sessjoni reġa’ kien hemm bidu tajjeb minn Depiro bil-punti ta’ Julia Xerri. Punti fuq kull naħa ħallew lil Depiro 12 minn fuq 48-36 però hawn il-players ta’ Ruben Baldacchino għamlu break ieħor ta’ 9-2 biex temmew is-sessjoni 57-38 minn fuq. Depiro fetħu l-aħħar taqsima bi trippla ta’ Agius u komplew ikabbru l-vantaġġ bi break ta’ 12-4 bl-aħħar basket jasal minn Emily Cassar. Starlites għalqu l-partita bi trippla ta’ Kay Portelli biex Depiro ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 72-47.
Starlites: A. Saliba 14, M. Riolo 8, J, Doughty, S. Farrugia, M. Bonett 10, K. Portelli 3, M. Fenech, C. Vella, S. Wilk, S. Davies 2, C. Curmi 10.
ARMS Depiro: M. Caruana 15, Ni. Agius 16, J. Xerri 11, J. Mallia, T. Mfsud Tanti 2, No. Agius, C. Ciantar 8, N. Hili4, N. Borg 2, D. Galea 12, E. Cassar 2
Referees: Ivica Simic, Florentina Ciurariu, Vladimir Nikolic
//= $special ?>