Sport Sport Ieħor

Organizzati l-finali nazzjonali tan-Knock-Out nazzjonali u dak reġjonali tal-Blackball

Il-Malta Blackball Federation fil-ġranet li għaddew organizzat il-finali Nazzjonali tan-Knock Out u l-Finali tan-Knock-Out Reġjonali għall-2021.

Fil-finali nazzjonali tan-Knock Out suċċess għal Cospicua Rangers li mmexxija minn Johan Attard fid-debutt tagħhom fil-kompetizzjoni skont ir-regoli Blackball għelbu lil JoJos Bar Birzebbugia 5 – 3 wara l-għoti tal-penalties wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ 10 – 10 . Għal Cospicua Rangers lgħabu Glenn Axiaq, Wayne Pace, Kevin Mercieca , Miguel Falzon, Antoine Aquilina, Ryan Pisani, Wayne Bonnici u Jason Mifsud.

Fil-finali tan-Knock-Out Reġjonali rebbieħa Birkirkara Boċċi Club li fil-finali għelbu bl-iskor ta’ 11 – 9 lil Fanal Restaurant Marsascala. Għal Birkirkara immexxija minn Stefan Briffa it-tim kien magħmul minn Matthew Vella, Carlos Briffa, Joseph Camilleri, Joseph Fiteni, Sheldon Brown, Kurt Pace, Clayton Pace, Justin Farrugia u Clint Mangion.