Fattiga li serqet ġojjellerija mid-dar ta’ dawk li kienu jqabbduha tnaddfilhom ġiet ikkundannata tliet snin ħabs wara li wieġbet ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha. Seliam Ann Elbueshi Perry ta’ 41 sena, mwielda l-Ingilterra u residenti Santa Venera, ammettiet serq minn żewġ appartamenti, f’Tas-Sliema u l-Imsida, li seħħew bejn Settembru 2017 u Marzu 2018.
Il-valur tal-oġġetti misruqa jaqbeż l-€2,500. Malli semgħet il-ammissjoni tagħha, l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qalet li filwaqt li Perry kellha rekord kriminali nadif, ma setgħetx tinjora n-natura tar-reat, mhux l-inqas il-ksur tal-fiduċja ta’ dawk li kienu jimpjegawha, li ħallewha tidħol f’djarhom.
Il-Kodiċi Kriminali innifsu jispeċifika li serq “imwettaq fi kwalunkwe post minn qaddej bi preġudizzju ta’ sidu” huwa aggravat minn persuna, u għalhekk suġġett għal sentenza aktar ħarxa. Il-mara ammettiet li bejn ix-xahar ta’ Diċembru 2017 u x-xahar ta’ Marzu 2018 minn appartament f’tas-Sliema ikkommettiet serq ta’ ġojjelli u oġġetti oħra
Hij ammettiet ukoll li bejn ix-xahar ta’ Settembru 2017 u x-xahar ta’ Ottubru 2017 minn flat fl-Imsida serqet ta’ ċurkett u oġġetti oħra. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley.
//= $special ?>