Il-ġurnal tal-Partit Laburista KullĦadd instab ħati li mmalafama lid-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina fuq artiklu li kien deher bi prominenza fi Frar tal-2017 fejn wara li l-PL kien kompla jagħmel kapital politiku minnu fejn saħansitra kien qed jagħmel pressjoni fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien, Simon Busuttil biex iġiegħu jirreżenja.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Victor G. Axiak iddikjarat li l-artiklu bit-titlu “Bezzina jivvinta fl-applikazzjoni” bis-sub artiklu jgħid “Esperti jispjegaw xamma ta’ applikazzjoni frodulenti” huwa libelluż u malafamanti fil-konfront ta’ Bezzina u li ġie esponut għad-disprezz u redikolu tal-pubbliku. Il-Qorti għaldaqstant ikkundannat lill-ġurnal biex iħallas is-somma ta’ elf ewro bħala danni lid-deputat Nazzjonalista, bl-imgħaxijiet mid-data tas-sentenza sad-data tal-pagament effettiv.
Id- deputat Bezzina dejjem kien sosnta li dak li kien qed jingħad fuqu ma kiet xejn għajr“gidba li vvintaw” kontrih. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-allegazzjonijiet li saru mhumiex leggeri bl-artiklu jiġi pubblikat b’tipa prominenti. Ingħad ukoll illi l-editur Aleander Balzan, ma offra l-ebda apoloġija, anzi baqa’ jinsisti fuq il-pubblikazzjoni matul il-proċess kollu tal-kawża.
Il-Qorti qalet fis-sentenza tagħha li minħabba l-pożizzjoni pubblika u politika ta’ Toni Bezzina, l-livell ta’ kritika lejh seta’ jkun ferm ogħla minn dak li jsir fir-rigward ta’ persuni oħra. Naturalment din ma tiġġustifkax il-ħażin li sar peress li l-kritika ġiet ibbażata fuq fatti skoretti.
Il-Qorti qalet ukoll li hija tħoss li anke jekk is-suġġett kien ta’ interess pubbliku, madankollu Bezzina safa mċappas pubblikament b’mod li r-reputazzjoni tiegħu ġiet imtappna. Il-gazzetta sostniet li Bezzina ssottometta b’mod frodulenti pjanti li fihom kamra ta’ 31 metru kwadru li ma teżistix sabiex tiffaċilita applikazzjoni ta’ żvilupp fuq art ODZ. L-allegazzjonijiet kienu saru wkoll mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien li kien qal li dan kien każ ta’ “frodi potenzjali”, bil-midja tal-Partit Laburista timmanipula wkoll ritratti.
Il-ġurnal kien iddeskrieva l-applikazzjoni ta’ Bezzina bħala li għandha “riħa qawwija ta’ korruzzjoni”, u sostna li l-kamra ma setgħetx tidher f’ritratti mill-ajru li jmorru lura għall-1957 u l-1967, u allegat b’mod mhux veritier li kieku Bezzina ma rtirax l-applikazzjoni, il-kamra inkwistjoni kienet tkun. għamel “id-differenza kollha” u kien ikun “kruċjali” fl-applikazzjoni li tkun approvata taħt politika ta’ żvilupp rurali li tippermetti l-bini ta’ vilel fil-kampanja. Bezzina kien jiġi difiż mill-avukati Joe Zammit Maempel u Veronica Perici Calascione.
//= $special ?>