Il-coach ta’ Villarreal Unai Emery mistenni jirrifjuta l-offerta mill-club ta’ Newcastle United. Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li Emery se jkun offrut offerta uffiċjali għall-kariga ta’ coach ma’ Newcastle United.
L-eks-coach ta’ Arsenal ikkonferma li kien hemm kuntatt minn Newcastle sabiex jieħu post Steve Bruce iżda qal li ma jinsabx f’pożizzjoni li jaċċetta din l-offerta, anke għaliex għandu kuntratt ma’ Villarreal. Newcastle qed iħarsu lejn numru ta’ coaches sabiex jieħdu post Steve Bruce, fejn fost l-oħrajn kienu qed iħarsu wkoll lejn Paulo Donseca kif ukoll Eddie Howe.
//= $special ?>