Għall-ħabta tan-12.30pm, seħħ inċident fit-Triq tal-Balal, fil-limiti ta’ Ħal Għargħur, bejn vettura tat-tip Hyundai i10 u vettura tat-tip Mistuibishi Lancer, b’tal-aħħar baqgħet dieħla f’garaxx biswit roundabout fin-naħa Ta’ Xwieki.
Kawża ta’ dan l-inċident, mara ta’ 70 sena minn Ħ’Attard, li kienet qed issuq il-Hyundai, flimkien ma’ żewġt itfal ta’ 14 u 11-il sena, ittieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, bl-anzjana ssoffri minn ġrieħi ħfief.
Fortunatment, is-sewwieq ta’ 20 minn Wied il-Għajn tal-Mistuibishi ma sofra l-ebda ġrieħi.
Minn ritratti li rċieva dan is-sit, mal-ambulanza kellhom jissejjħu il-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post biex jassistu l-inċident.
Kawża tal-impatt, intlaqtet ukoll vettura pparkjata tat-tip BMW X3 u ġġarraf ħajt ta’ garaxx, li kien ta’ periklu fl-inħawi, bit-triq kellha tingħalaq għal xi ħin għat-traffiku.
//= $special ?>