Il-kumpanija Brittanika John Lewis tat is-segwaċi tagħha rigal tal-Milied kmieni din is-sena hekk kif tnieda r-reklam annwali għal dan il-festi tal-Milied 2021…ġimgħatejn qabel is-soltu.
L-istorja ta’ dan il-filmat hija waħda kommoventi fejn tfajjel ċkejken bl-isem ta’ Nathan li jinzerta f’post fil-foresta fejn tinżel UFO. Hemm jiltaqa’ ma’ Skye, aljen li għandha interess qawwi sabiex tkun taf dwar il-Milied.
Sussegwentament Nathan jgħidilha dwar il-meravilji tal-Milied, filwaqt li spiċċat tingħata l-ewwel rigal tagħha.
Il-kanzunetta għal dan il-filmat hija l-interpretazzjoni ta’ Lola Young tal-kanzunetta Together in Electric Dreams.
//= $special ?>