Il-FIFA iffirmat ftehim biex telimina għal kollox l-emissjonijiet tal-karbonju sal-2040, bħala parti mill-miri l-ġodda proposti waqt is-summit tat-tibdil fil-klima, li għaddej bħalissa fi Glasgow.
Dawn il-miri proposti huma parti mill-‘United Nation Framework Convention on Climate Change’ (UNFCCC) fejn istituzzjonijiet oħra fosthom il-Premier League, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, BBC Sport u l-Formula E qed jaqblu li jeliminaw l-użu tal-karbonju sal-2040, filwaqt li jnaqqsu b’50% il-greenhouse gases sal-2030.
Minkejja dan l-FIFA qed taffaċja kritika hekk kif qed tikkunsidra li t-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn filwaqt li mistennija jiżdiedu t-timijiet li jipparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja tal-2026 fil-Kanada u l-Istati Uniti, liema proposti mistennija jżiedu l-emissjonijiet.
Madanakollu il-President tal-FIFA, Gianni Infantino qal li l-FIFA hi kommessa li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha fit-turnaments tagħha. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach saħaq li l-kriżi tat-tibdil fil-klima hija l-agħar kriżi li qed jaffaċja l-bniedem, fejn inkoraġixxa lill-assoċjazzjonijiet sportivi biex jingħaqdu flimkien u jaħdmu biex inaqqsu l-emissjonijiet, fl-inqas żmien possibli.
//= $special ?>