Għal ħames jum konsekuttiv kellna żieda fil-każijiet ta’ Covid-19 hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat f’pajjiżna kien hawn 37 każ ġdid ta’ Coronavirus filwaqt li fiequ 17-il persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa tela’ għal 271.
Minkejja dan, fortunament ma tħabbret l-ebda mwiet biex iċ-ċifra ta’ dawk li sfaw vittma ta’ dan il-virus qeriedi baqgħet dik ta’ 462.
Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis tħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati l-isptar Mater Dei għall-virus issa niżlu għal 8 filwaqt li baqa’ 4 pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-Erbgħa ġew amministrati 1,279 doża tat-tilqima kontra l-COVID-19, b’897 minnhom huma dożi tal-booster.
//= $special ?>