Lokali

Ir-Rabtin joġġezzjonaw għal żvilupp qrib il-Foss tal-Imdina

Wara li residenti fil-lokal ilmentaw dwar żvilupp li kien pjanat għaż-żona qris il-Foss tal-Imdina, il-Kunsill Lokali tar-Rabat qed joġġezzjona għall-istess proġett.

Huma qed isostnu li din iż-żona għandha importanza storika.

Il-qrubija tiegħu mal-Foss tal-Imdina u l-periklu li jista’ jfisser għar-residenti huma punti li qed iressaq l-istess Kunsill fl-oġġezzjonijiet tiegħu.

Il-pjan hu li l-binja li fuqha se jsir l-iżvilupp titwaqqa’ u terġa tinbena f’sular żejjed a detriment tal-importanza arkeoloġika tas-sit. Dan minbarra li taħt id-dar preżenti hemm siti storiċi bħal għerien li jekk iseħħ l-iżvilupp pjanta jaf ma jkunux jifilħu għall-vibrazzjonijiet tal-makkinarju u jċedu.

Il-Kunsill u r-residenti qed jitolbu lill-Awtorità tal-ippjanar biex din iż-żona tar-Rabat tiġi skedata.