Jadon Sancho u Jesse Lingard huma fost il-plejers li tħallew barra mill-iskwadra Ingliża li tħabbret minn Gareth Southgate aktar kmieni llum. Southgate sejjaħ lura lil Jude Bellingham u Marcus Rashford fost tibdiliet li saru mill-aħħar skwadra fil-waqfa internazzjonali t’Ottubru. Tammy Abraham rnexxielu jżomm postu, filwaqt li l-midfielder ta’ Arsenal Emile Smith Rowe ma rnexxielu jagħmilha, minkejja l-prestazzjonijiet mill-aqwa tiegħu sa issa dan l-istaġun.
Southgate għażel li ma jsejjaħx ukoll lil Mason Greenwood ta’ Man Utd, Kieran Trippier ta’ Atletico Madrid u Fikayo Tomori ta’ Milan, li kollha qed iħallu mpressjoni tajba mat-timijiet rispettivi tagħhom. L-Ingilterra se tkun qed tilgħab l-aħħar żewġ partiti tagħha mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar, kontra l-Albanija u San Marino u jinsabu bi tliet punti vantaġġ fl-ewwel post ta’ Grupp I.
L-iskwadra ta’ 25 plejer hija din:
Goalkeepers: Sam Johnstone (West Brom), Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Arsenal)
Difensuri: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Ben Chilwell (Chelsea), Conor Coady (Wolves), Reece James (Chelsea), Harry Maguire (Manchester United), Tyrone Mings (Aston Villa), Luke Shaw (Manchester United), John Stones (Manchester City), Kyle Walker (Manchester City)
Midfielders: Jude Bellingham (Borussia Dortmund), Jordan Henderson (Liverpool), Mason Mount (Chelsea), Kalvin Phillips (Leeds), Declan Rice (West Ham), James Ward-Prowse (Southampton)
Attakkanti: Tammy Abraham (Roma), Phil Foden (Manchester City), Jack Grealish (Manchester City), Harry Kane (Tottenham), Bukayo Saka (Arsenal), Marcus Rashford (Manchester United), Raheem Sterling (Manchester City)
//= $special ?>