Lokali

L-attendenza għal-lectures qed tagħti opportunitajiet li meta tkun online ma jistax ikollok

Numru kbir ta’ studenti jħossuhom kuntenti ferm li wħud mill-lectures reġgħu qed isiru fiżikament, jiġifieri lura fil-klassijiet tal-fakultajiet tal-Università ta’ Malta. Dan wara li għal xhur sħaħ il-lectures kellhom jimxu kollha online minħabba l-pandemija.

F’filmat li sar mill-Fakultà tal-Benesseri Soċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta, numru ta’ studenti saħqu li l-attendenza fuq kampus hi essenzjali hekk kif isir kuntatt ma’ studenti oħra, liema opportunità jħossu li tgħin fl-istudju u t-tgħalim.

L-istudenti fil-filmat saħqu li l-attendenza ssaħħaħ il-ħiliet tal-komunikazzjoni filwaqt li l-istudenti jkunu hemm għal xulxin u jgħixu l-esperjenza unika ta’ università. Dan hekk kif numru ta’ studenti ltaqgħu mal-istudenti tal-klassi tagħhom għall-ewwel darba.

https://www.facebook.com/watch/?v=949807972282272&ref=sharing