Raġel ta’ 50 sena, li nhar it-Tlieta ħareġ mill-ħabs ġie mixli li bejn l-istess jum u l-għada kkaġuna feriti gravi fuq persuna fil-Marsa. David Monsigneur, residenti l-Ħamrun, wieġeb mhux ħati u qal li l-agressjoni saret minħabba li ġie aggredit b’sikkina mill-allegat vittma.
Huwa ngħata l-libertà proviżorja mill-Maġistrat Charmaine Galea wara sottomissjonijiet twal minn naħa tad-difiża u l-prosekuzzjoni. L-Ispettur Roderick Attard qal li l-vittma Omar Mustafa Mohammed għadu l-isptar.
Il-prosekuzzjoni opponiet bil-qawwa kollha t-talba li saret mid-difiża għal libertà proviżorja fejn qalet li l-kondotta tal-akkużat titkellem waħidha u mhux ta’ min jafdah. Sadanittant il-Qorti staqsiet lill-Prosekuzzjoni għaliex fiċ-charge sheet hemm imniżżel li m’għandux indiriss fiss.
L-Ispettur qal li dan għaliex l-akkużat qal li huwa kien ħa xi ħwejjeġ fid-dat Patri Leopoldu u tenna li huwa għandu residenza fi Triq Okella, l-Ħamrun li jista’ wkoll joqgħod ma’ kuġintu fl-istess triq. Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li fil-ġlieda l-akkużat weġġa’ u ttieħed il-policlinic.
David Monsigneur qal li l-Pulizija jistgħu jindunaw mill-filmati li kien hemm żewġ persuni fil-post fejn kien aggredit, b’wieħed minnhom ikunu fuq mutur u kien liebes l-elmu. Tenna li huwa ġie aggredit mill-allegat vittma li talbu €20 u li fil-fatt tahomlu. Huwa qal li kellu problemi ta’ droga li bħalissa qed jindirizza b’suċċess.
L-Avukat Mifsud Cutajar qal li l-oġġezzjoni tal-prosekuzzjoni li l-akkużat jinżamm arrestat ma fhijiex bażi legali. Tenna li wieġed ma jistax joġġezzjona abbażi tal-kondotta. “ Vera għandu bibbja, allura kull min għandu-passat ħażin u kondotta simili, l-pleġġ ma japplikax għalih?
Id-difiża kompliet tgħid li kieku l-prosekuzzjon qed tibża li jmur jagħmel reat ieħor anke fuq l-istess persuna, allura forsi jkollu raġun, “anke jekk ma naqbilx” qal l-Avukat, li sostna li l-kondotta waħidha mhijiex ta’ impediment fuq il-libertà.
Tenna li la hemm riskju li jaħrab jew li jikkontamina l-provi, xejn minn dan. “Għandha sitwazzjoni fejn l-akkużat li qed jitlob il-pleġġ, mar hu strss jagħmel ir-rapport l-għassa fuq dak li ġara.
Tenna li ġie aggredit, qala’ xi daqqiet, u l-verżjoni tiegħu hija xejn għajr ħlief waħda ta’ ‘self defence’. Tenna li l-kundizzjonijiet jistgħu jkunu iebsin bħal libertà resttritiva, xi ħaġa li qabel magħha l-Ispettur. Il-Qorti qal l-Avukat għandha l-għodda l-qorti u fakkar li l-allegat vittma għadu lanqas ġie nvestigat għax qied l-isptar.
Il-qorti laqgħet it-talba taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li l-akkużat jiffirma l-għassa tal-Ħamrun, it-Tnejn l-Erbgħa u s-Sibt bejn it-8.00am u t-8.00pm. li ma jistax ikellem lill-vittma jew persuni preżenti fejn seħħet il-ġlieda, u li lanqas jersaq ‘l hemm.
Huwa kien ordnat ukoll biex ikun id-dar fid-9.00pm. u ma joħroġx qabel is-7.00am. Ma dawn il-kundizzzjonijiet huwa irid jagħmel tajjeb b’garanzija personali ta’ €10,000. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni temporanja sas-sentenza finali favur l-allegat vittma.
//= $special ?>